Ir-radon huwa gass radjuattiv naturali li jseħħ fis-saff ta’ barra tad-Dinja. Ir-radon huwa parti minn katina twila ta’ diżintegrazzjoni radjuattiva li tibda bl-uranju li ilu preżenti fil-ġebel u l-ħamrija mindu fformat id-Dinja. Ir-radon ma jistax jinħass mill-bniedem peress li la għandu kulur u lanqas jinxtamm, iżda jista’ jitkejjel minħabba r-radjuattività tiegħu. Il-gass tar-radon jinġibed fid-djar mill-art. Ċerti djar għandhom konċentrazzjonijiet għoljin ta’ radon, speċjalment dawk f’żoni b’iktar uranju naturali fil-ħamrija u l-ġebel. Ir-radon jista’ jkun preżenti fil-materjali tal-bini u l-ilma tajjeb għax-xorb, iżda f’ħafna każijiet, dawn jikkaġunaw ħafna inqas esponiment għar-radjazzjoni mir-radon mill-art.
Filwaqt li minnu nnifsu r-radon huwa gass, il-prodotti tad-diżintegrazzjoni radjuattiva tiegħu mhumiex, u jaqbdu mal-partikuli tat-trab fl-arja. Aħna u nieħdu l-prodotti tad-diżintegrazzjoni man-nifs, ir-radjazzjoni li jeħilsu tista’ tagħmel ħsara lill-pulmuni tagħna.
L-esponiment għar-radon iżżidilna r-riskju ta’ kanċer tal-pulmun. Ir-riskju ikbar huwa proporzjonat għall-konċentrazzjoni ta’ radon fl-arja li nibilgħu u għad-durata tal-esponiment għar-radon.