Konċentrazzjonijiet għoljin ta’ radon jistgħu jitnaqqsu b’xogħlijiet sempliċi ta’ bini. Il-gwida internazzjonali tissuġġerixxi li l-livelli ta’ radon għandhom jitnaqqsu jekk ikunu iktar minn 100–300 Bq għal kull m3.

Hemm għadd ta’ metodi li jistgħu jintużaw biex jitnaqqsu l-livelli ta’ radon billi jitnaqqas id-dħul ta’ radon fid-dar mill-art. Ċerti metodi jaħdmu billi jżidu ftit il-pressjoni tal-arja fid-dar, filwaqt li oħrajn huma bbażati fuq id-dilwizzjoni tal-arja li tidħol fid-dar mill-art mal-arja ta’ barra jew fuq il-ġbir ta’ arja mill-art taħt id-dar u l-ippumpjar tagħha ’l barra fl-atmosfera. Ħafna mis-sistemi ta’ tnaqqis tar-radon jeħtieġu l-użu ta’ pompi żgħar tal-elettriku.

Wara li jsir kwalunkwe xogħol li jnaqqas il-livelli ta’ radon, għandek terġa’ tagħmel it-test biex tara li l-livelli huma baxxi. Għandek issegwi l-istruzzjonijiet dwar il-verifiki u l-manutenzjoni perjodiċi tas-sistema tiegħek ta’ tnaqqis tar-radon.