Kwalunkwe doża ta’ radjazzjoni jonizzanti tista’ żżid ir-riskju tal-kanċer tul ħajjitna, iżda dożi baxxi ta’ radjazzjoni jżidu r-riskju tal-kanċer b’ammont żgħir biss. L-evidenza għal dan ġejja minn għadd ta’ studji li analizzaw bir-reqqa r-rati tal-kanċer fi gruppi kbar ta’ nies b’diversi livelli ta’ esponimenti għar-radjazzjoni; dan jinkludi nies li baqgħu ħajjin wara l-bombi atomiċi li ntefgħu fuq il-Ġappun, nies li kienu esposti għal radjazzjoni fuq ix-xogħol, u nies li għexu għal żmien twil fi djar b’livelli għoljin ta’ radon.
- X’inhi “radjazzjoni”? X’tipi ta’ radjazzjoni jeżistu?
- X’inhu radon? X’tipi ta’ kanċer jista’ jikkaġuna?
- Kif nista’ nsir naf dwar l-esponiment għar-radon f’dari?
- Kif nista’ nnaqqas il-livelli għoljin ta’ radon fid-dar biex nipproteġi lili nnifsi u lil familti?
- Kif nista’ nsir naf kemm hu l-esponiment għar-radon fuq ix-xogħol? Kif jistgħu jitnaqqsu l-livelli ta’ radon fuq ix-xogħol, jekk hemm bżonn?
- Dawk li jpejpu u dawk li kienu jpejpu huma f’riskju ikbar minn esponiment għar-radon?
- Kif jien espost(a) għal radjazzjoni jonizzanti, apparti mir-radon?
- X’inhu r-riskju tal-kanċer mir-radjazzjoni jonizzanti?
- Meta jkun hemm bżonn ta’ protezzjoni kontra r-radjazzjoni jonizzanti?
- Għandi ninkwieta fuq ir-riskju tal-kanċer mir-radjazzjoni jonizzanti?
- Għandi nitħasseb fuq ir-riskju tal-kanċer mir-raġġi-X?
- Hemm xi riskju tal-kanċer mir-radjazzjoni mhux jonizzanti, bħall-kampi elettromanjetiċi mil-linji elettriċi, il-microwaves użati fil-fran microwave, u l-mewġ tar-radju użat għat-teknoloġiji bla fili (telefowns ċellulari, Wi-Fi, televiżjoni u radju)?