Il-postijiet tax-xogħol, inklużi uffiċini u ħwienet ordinarji, jista’ jkollhom livelli għoljin ta’ radon bl-istess mod bħad-djar. L-esponiment għar-radon fuq ix-xogħol għandu jiġi kkontrollat mill-impjegatur bħala riskju għas-saħħa okkupazzjonali. L-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu mmaniġġjati l-livelli ta’ radon fuq il-post tax-xogħol ġeneralment huma simili għal dawk għad-djar, u jinkludu l-verifika ta’ jekk il-post tax-xogħol huwiex f’żona fejn ikunu iktar probabbli livelli għoljin ta’ radon u, jekk iva, il-kejl tal-livelli ta’ radon fuq il-post tax-xogħol. Is-soltu, il-livelli għoljin ta’ radon ikunu jistgħu jitnaqqsu billi jintużaw l-istess metodi li jintużaw għad-djar.
- X’inhi “radjazzjoni”? X’tipi ta’ radjazzjoni jeżistu?
- X’inhu radon? X’tipi ta’ kanċer jista’ jikkaġuna?
- Kif nista’ nsir naf dwar l-esponiment għar-radon f’dari?
- Kif nista’ nnaqqas il-livelli għoljin ta’ radon fid-dar biex nipproteġi lili nnifsi u lil familti?
- Kif nista’ nsir naf kemm hu l-esponiment għar-radon fuq ix-xogħol? Kif jistgħu jitnaqqsu l-livelli ta’ radon fuq ix-xogħol, jekk hemm bżonn?
- Dawk li jpejpu u dawk li kienu jpejpu huma f’riskju ikbar minn esponiment għar-radon?
- Kif jien espost(a) għal radjazzjoni jonizzanti, apparti mir-radon?
- X’inhu r-riskju tal-kanċer mir-radjazzjoni jonizzanti?
- Meta jkun hemm bżonn ta’ protezzjoni kontra r-radjazzjoni jonizzanti?
- Għandi ninkwieta fuq ir-riskju tal-kanċer mir-radjazzjoni jonizzanti?
- Għandi nitħasseb fuq ir-riskju tal-kanċer mir-raġġi-X?
- Hemm xi riskju tal-kanċer mir-radjazzjoni mhux jonizzanti, bħall-kampi elettromanjetiċi mil-linji elettriċi, il-microwaves użati fil-fran microwave, u l-mewġ tar-radju użat għat-teknoloġiji bla fili (telefowns ċellulari, Wi-Fi, televiżjoni u radju)?