X’tipi ta’ kanċer jistgħu jiġu evitati bl-attività fiżika?
L-attività fiżika tnaqqas il-probabbiltà tal-kanċers tal-musrana (kolorettali), u fin-nisa tas-sider u tal-utru (l-endometriju), tiżen kemm tiżen. Dawn huma fost l-iktar kanċers komuni fl-Ewropa. L-attività fiżika tgħinek ukoll biex ma tiżdiedx fil-piż – li sejjer ikollu effett addizzjonal li jnaqqas ir-riskji ta’ dawn u kanċers oħrajn, inklużi kanċers tal-kliewi, tal-pankreas, tal-kanal tal-ikel (esofagu) u tal-marrara. Hemm anki xi evidenza li stil tal-ħajja li jnaqqas ħajja mqatta’ bilqiegħda (l-evitar milli toqgħod bilqiegħda għal perjodi twal tal-ġurnata) jista’ jipproteġi kontra l-kanċer endometrijali.