Attività fiżika hija kwalunkwe moviment li tagħmel meta tuża l-muskoli tiegħek – u b’hekk tinkludi ħafna attivitajiet li spiss ma jitqisux li huma eżerċizzju. Hemm ħafna aspetti differenti għal din id-definizzjoni wiesgħa. Jista’ jkunlek siewi li taħseb dwar il-kuntest li fih issir l-attività – fuq ix-xogħol (okkupazzjonali), matul il-ħin tal-mistrieħ (rikreazzjonali), id-dar (residenzjali), jew matul l-ivvjaġġar (trasport). Ħafna minnha nagħmlu xogħol sedentarju, u b’hekk l-attività fiżika aktarx li primarjament tkun rikreazzjonali jew għat-trasport.
Il-benefiċċji tal-attività fiżika huma direttament marbutin mal-ammont totali ta’ attività (jiġifieri għal kemm ħin u kemm-il darba tagħmel l-attività) u kemm hija enerġetika. Għalhekk, importanti li taħseb fuq l-ammont totali ta’ ħin li tqatta’ fi kwalunkwe attività, kif ukoll kemm-il darba tagħmilha, u b’liema intensità. Jista’ jinkiseb benefiċċju kbir minn attività ħafifa, u s-sempliċi fatt li ma tkunx bilqiegħda jista’ jżid l-enerġija li tuża. Ħajja mqatta’ bilqiegħda, bħal meta tpoġġi jew timtedd għal bosta sigħat kuljum, ftit li xejn tuża enerġija. Attività moderata hija attività li tikkaġuna li tegħreq ftit u/jew li żżidlek it-teħid tan-nifs b’mod moderat. L-attività enerġetika hija attività intensa biżżejjed li tikkaġuna li tegħreq u/jew li tonfoħ biex tieħu n-nifs u/jew iżidlek ir-rata ta’ taħbit il-qalb. Fit-Tabella 1 hemm eżempji ta’ attivitajiet ħfief, moderati u enerġetiċi.
Tabella 1: Eżempji ta’ attivitajiet ħfief, moderati u enerġetiċi
Attivitajiet ħfief |
Attivitajiet moderati |
Attivitajiet enerġetiċi |
---|---|---|
Bilwieqfa |
Pass mgħaġġel |
Mixja twila |
Mixi (każwali) |
Rota (pass moderat) |
Iġġoggjar |
Rota (bil-mod) |
Tennis (rikreazzjonali) |
Rota (veloċi) |
Streċjar |
Badminton (rikreazzjonali) |
Għawm bil-laps |
Tennis tal-mejda |
Xogħol fil-bitħa |
Ġarr ta’ tagħbijiet tqal |
Golf |
Bowling b’għaxar pinnijiet |
Futbol |