Ġie stmat li r-riskju tal-kanċer huwa madwar 4% inqas f’nies li huma moderatament attivi għal tal-inqas 30 minuta kuljum (jew tal-inqas 150 minuta fil-ġimgħa) meta mqabblin ma’ nies b’livelli inqas ta’ attività fiżika (inqas minn 15-il minuta kuljum). Il-fatturi tal-istil tal-ħajja, bħal dieta tajba għas-saħħa, piż normali tal-ġisem, u l-attività fiżika, għandhom tendenza li jkunu preżenti flimkien fl-istess persuna, u diffiċli tissepara l-effetti indipendenti tagħhom. L-ikbar benefiċċju għas-saħħa jinkiseb bi stil tal-ħajja tajjeb għas-saħħa (Iktar tagħrif dwar Piż tal-Ġisem San, Dieta u Alkoħol).
- X’tipi ta’ kanċer jistgħu jiġu evitati bl-attività fiżika?
- L-attività fiżika kif tipproteġi kontra l-kanċer?
- Apparti l-kanċer, l-attività fiżika tnaqqas ir-riskju ta’ mard jew kundizzjonijiet oħrajn?
- Xi tfisser “attività fiżika”?
- Kemm għandi nagħmel attività fiżika?
- Tista' tkun xi tkun l-attività fiżika?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer permezz tal-attività fiżika?
- Kif nista’ nsir iktar attiv(a) fiżikament?
- Ingħatajt dijanjożi li għandi l-kanċer. Jekk inżid l-attività fiżika ser niggwadanja?
- X’nista’ nagħmel minħabba l-ammont ta’ żmien li nqatta’ bilqiegħda?