It-taħlita ta’ tipjip tat-tabakk u xorb tal-alkoħol hija partikolarment perikoluża, u r-riskju kombinat tal-kanċer minn dawn it-tnejn huwa partikolarment għoli. Ix-xorb alkoħoliku jagħmilha eħfef għat-tessuti tal-ħalq u l-griżmejn sabiex jassorbu s-sustanzi kimiċi karċinoġeniċi li jinsabu fid-duħħan tat-tabakk. Din hija raġuni minnhom għaliex nies li jixorbu u jpejpu jimmoltiplikaw il-ħsara fit-tessuti u għandhom riskji speċjalment għoljin ta’ kanċers tal-ħalq u tal-griżmejn (apparat respiratorju superjuri) u tal-kanal tal-ikel (esofagu).
- Ix-xorb alkoħoliku jikkaġuna l-kanċer?
- Apparti l-kanċer, il-konsum tal-alkoħol huwa kawża ta’ mard?
- It-tipi kollha ta’ xarbiet alkoħoliċi jżidu r-riskju tal-kanċer?
- Għaliex ix-xorb alkoħoliku jikkaġuna l-kanċer?
- X’jiġri jekk nixrob l-alkoħol u npejjep it-tabakk?
- Nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer jekk nieqaf nixrob l-alkoħol?
- X’inhu l-agħar, ħafna xorb f’daqqa kultant żmien jew xorb moderat kuljum?
- Ix-xorb ta’ ammonti żgħar tal-alkoħol huwa tajjeb għall-qalb?
- Kemm fih grokk standard?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer billi nillimita l-konsum tal-alkoħol?