Hemm bosta raġunijiet għaliex ix-xorb alkoħoliku jikkaġuna l-kanċer. Aktarx li kanċers differenti huma kkaġunati b’mod differenti, pereżempju:
- L-etanol u l-aċetaldeid: l-alkoħol (etanol) jiġi kkonvertit f’ġisimna f’sustanza kimika msejħa aċetaldeid. Kemm l-etanol kif ukoll l-aċetaldeid huma sustanzi li jikkaġunaw il-kanċer.
- Ċirrożi tal-fwied: l-alkoħol jagħmel il-ħsara liċ-ċelloli tal-fwied u jista’ jikkaġuna marda msejħa ċirrożi. Iċ-ċirrożi żżidlek il-probabbiltà li tiżviluppa l-kanċer tal-fwied.
- Ormoni: l-alkoħol jista’ jżid il-livelli ta’ ċerti ormoni, bħall-estroġen. Livelli għoljin ta’ estroġen iżidu r-riskju ta’ kanċer tas-sider.