Iva. Ma hemm ebda dubju li x-xorb alkoħoliku jista’ jikkaġuna tal-inqas seba’ tipi ta’ kanċer: dawk tal-ħalq, tal-kanal tal-ikel (esofagu), tal-griżmejn (farinġi u larinġi), tal-fwied, tal-musrana l-kbira (kolon u rektum), u tas-sider.
Il-konsum ta’ kwalunkwe ammont ta’ alkoħol iżid ir-riskju tal-kanċer tiegħek. Iktar ma tixrob alkoħol, iktar sejjer jiżdied ir-riskju li tiżviluppa l-kanċer. Tnaqqis tal-konsum tiegħek jew – tant aħjar – l-evitar tal-alkoħol għal kollox sejjer jgħinek tnaqqas ir-riskju tal-kanċer.