Xorb regolari iktar mil-limiti rakkomandati jista’ jġib miegħu konsegwenzi akuti jew kroniċi għas-saħħa kif ukoll iżid ir-riskju tal-kanċer. Ħafna xorb f’daqqa kultant żmien ta’ iktar minn 5–6 xarbiet alkoħoliċi għall-irġiel jew iktar minn 4–5 xarbiet alkoħoliċi għan-nies f’darba jissejjaħ “binge drinking”. Qed jiżdied f’ċerti pajjiżi (speċjalment l-Irlanda, ir-Repubblika Ċeka u l-Ukrajna), speċjalment fost iż-żgħażagħ irġiel u għandu effett dannuż qawwi fuq is-saħħa. Ħafna xorb f’daqqa kultant żmien, jew “binge drinking”, jaf ikun agħar minn xorb regolari f’termini ta’ riskju tal-kanċer. Madankollu, ta’ min jisħaq li jidher ċar li r-riskju tal-kanċer jiżdied iktar ma jikbru l-ammont u t-tul ta' żmien tal-konsum tal-alkoħol.
- Ix-xorb alkoħoliku jikkaġuna l-kanċer?
- Apparti l-kanċer, il-konsum tal-alkoħol huwa kawża ta’ mard?
- It-tipi kollha ta’ xarbiet alkoħoliċi jżidu r-riskju tal-kanċer?
- Għaliex ix-xorb alkoħoliku jikkaġuna l-kanċer?
- X’jiġri jekk nixrob l-alkoħol u npejjep it-tabakk?
- Nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer jekk nieqaf nixrob l-alkoħol?
- X’inhu l-agħar, ħafna xorb f’daqqa kultant żmien jew xorb moderat kuljum?
- Ix-xorb ta’ ammonti żgħar tal-alkoħol huwa tajjeb għall-qalb?
- Kemm fih grokk standard?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer billi nillimita l-konsum tal-alkoħol?