Inqas ma tixrob alkoħol, iktar tnaqqas ir-riskju tal-kanċer. B’mod ġenerali, ir-riskju tal-kanċer fl-irġiel li jikkonsmaw inqas minn żewġ xarbiet alkoħoliċi (inqas minn 20 gramma alkoħol pur) kuljum u nisa li jikkonsmaw inqas minn xarba alkoħolika waħda (inqas minn 10 grammi alkoħol pur) kuljum huwa 6% inqas minn dak f’nies li jixorbu iktar alkoħol. B’mod partikolari, tnaqqis tal-konsum minn erba’ jew iktar għal xarba alkoħolika waħda jew inqas kuljum, jista’ jnaqqas ir-riskju tal-kanċer tal-fwied b’21%, ir-riskju tal-kanċer kolorettali b’31%, u fin-nisa r-riskju tal-kanċer tas-sider bi 30%. Il-fatturi tal-istil tal-ħajja, bħal dieta tajba għas-saħħa, piż normali tal-ġisem, u l-attività fiżika, għandhom tendenza li jkunu preżenti flimkien fl-istess persuna, u diffiċli tissepara l-effetti indipendenti tagħhom. L-ikbar benefiċċju għas-saħħa jinkiseb bi stil tal-ħajja tajjeb għas-saħħa (iktar tagħrif dwar Dieta, Attività fiżika u Alkoħol).
- Ix-xorb alkoħoliku jikkaġuna l-kanċer?
- Apparti l-kanċer, il-konsum tal-alkoħol huwa kawża ta’ mard?
- It-tipi kollha ta’ xarbiet alkoħoliċi jżidu r-riskju tal-kanċer?
- Għaliex ix-xorb alkoħoliku jikkaġuna l-kanċer?
- X’jiġri jekk nixrob l-alkoħol u npejjep it-tabakk?
- Nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer jekk nieqaf nixrob l-alkoħol?
- X’inhu l-agħar, ħafna xorb f’daqqa kultant żmien jew xorb moderat kuljum?
- Ix-xorb ta’ ammonti żgħar tal-alkoħol huwa tajjeb għall-qalb?
- Kemm fih grokk standard?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer billi nillimita l-konsum tal-alkoħol?