L-effett tax-xorb alkoħoliku fuq il-qalb jiddependi mill-ammont ikkonsmat u l-frekwenza tal-konsum. Ix-xorb ta’ iktar minn xarba kuljum għan-nisa jew iktar minn żewġ xarbiet kuljum għall-irġiel iżid ir-riskji ta’ puplesija, insuffiċjenza kardijaka, u l-marda koronarja tal-qalb, u iktar ma tixrob, iktar jikber ir-riskju. Ċerti studji wrew li n-nies b’riskju għoli ta’ mard tal-qalb, speċjalment l-irġiel ta' età tan-nofs, li jixorbu ammonti limitati ta’ alkoħol (inqas minn xarba waħda kuljum għan-nisa jew inqas minn żewġ xarbiet kuljum għall-irġiel), għandhom riskju ftit inqas tal-marda koronarja tal-qalb meta mqabblin ma’ nies li ma jixorbux affattu. Madankollu, mhuwiex ċar jekk ix-xarbiet alkoħoliċi stess humiex responsabbli għal dak l-effett. Fatturi oħrajn (inklużi dieta tajba għas-saħħa, attività fiżika, ebda tipjip, u żamma ta’ piż tajjeb għas-saħħa) inaqqsu r-riskju ta’ mard tal-qalb b’mod iktar effettiv. Huwa rakkomandat li dawk li ma jixorbux ma jibdewx jixorbu biex jgħinu jnaqqsu r-riskju ta’ mard tal-qalb.
- Ix-xorb alkoħoliku jikkaġuna l-kanċer?
- Apparti l-kanċer, il-konsum tal-alkoħol huwa kawża ta’ mard?
- It-tipi kollha ta’ xarbiet alkoħoliċi jżidu r-riskju tal-kanċer?
- Għaliex ix-xorb alkoħoliku jikkaġuna l-kanċer?
- X’jiġri jekk nixrob l-alkoħol u npejjep it-tabakk?
- Nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer jekk nieqaf nixrob l-alkoħol?
- X’inhu l-agħar, ħafna xorb f’daqqa kultant żmien jew xorb moderat kuljum?
- Ix-xorb ta’ ammonti żgħar tal-alkoħol huwa tajjeb għall-qalb?
- Kemm fih grokk standard?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer billi nillimita l-konsum tal-alkoħol?