Iva, jista’ jkun. Jaf ikollok kanċer li ma nstabx fl-aħħar eżami ta’ skrinjar għall-kanċer tas-sider tiegħek, jew inkella jkun żviluppa malajr xi kanċer ġdid minn dak iż-żmien ’l hawn. Tal-inqas 1 minn kull 3 minn dawn il-kanċers sejjer jipproduċi sintomi li jistgħu jwasslu għall-qbid tiegħu matul is-sentejn wara eżami ta’ skrinjar normali. Kanċer tas-sider li jinstab wara mammografija ta’ skrinjar normali iżda qabel il-mammografija ta’ skrinjar li jmiss jissejjaħ kanċer ta’ intervall. Jekk tinnota bidliet f’sidrek li jħassbuk, bħal nefħa, għandek tikkonsulta lit-tabib tiegħek u ma toqgħodx tistenna sakemm jistidnuk għall-skrinjar li jmiss.
- X’inhu l-kanċer tas-sider?
- X’inhu skrinjar għall-kanċer tas-sider?
- Meta għandi nieħu sehem fl-iskrinjar għall-kanċer tas-sider?
- Ir-riżultat tal-aħħar test ta’ skrinjar tiegħi ġie normali; għaliex għandi nerġa’ mmur għall-iskrinjar?
- X’inhi l-probabbiltà li kanċer tas-sider ma jinstabx bl-iskrinjar?
- Nista’ niżviluppa kanċer tas-sider wara eżami ta’ skrinjar b’riżultat normali?
- X’jiġri jekk ikolli riżultat anormali tal-mammografija?
- Hemm xi ħsara jew riskju ieħor mill-iskrinjar għall-kanċer tas-sider bl-użu ta’ mammografija?