Il-mammografija hija l-aħjar metodu ta’ skrinjar li hawn sabiex jinstabu kanċers żgħar li ma tħossx int stess, iżda ma ssibx il-kanċers kollha tas-sider, u għalhekk huwa importanti li tieħu sehem fl-iskrinjar b’mod regolari. Ir-riskju li ma jinstabx kanċer matul skrinjar jiddependi fuq l-età ta’ mara u d-densità ta’ sidirha. Ir-riskju huwa ogħla għal nisa iżgħar fl-età għaliex it-tessut tas-sider normalment ikun iktar dens qabel il-menopawża. Normalment, il-programmi organizzazzati ta’ skrinjar għall-kanċer tas-sider fl-Unjoni Ewropea ikollhom żewġ radjoloġisti li jaqraw kull mammogram sabiex jonqos ir-riskju li ma jinstabx xi kanċer.
- X’inhu l-kanċer tas-sider?
- X’inhu skrinjar għall-kanċer tas-sider?
- Meta għandi nieħu sehem fl-iskrinjar għall-kanċer tas-sider?
- Ir-riżultat tal-aħħar test ta’ skrinjar tiegħi ġie normali; għaliex għandi nerġa’ mmur għall-iskrinjar?
- X’inhi l-probabbiltà li kanċer tas-sider ma jinstabx bl-iskrinjar?
- Nista’ niżviluppa kanċer tas-sider wara eżami ta’ skrinjar b’riżultat normali?
- X’jiġri jekk ikolli riżultat anormali tal-mammografija?
- Hemm xi ħsara jew riskju ieħor mill-iskrinjar għall-kanċer tas-sider bl-użu ta’ mammografija?