Huwa rakkomandat li tieħu sehem fl-iskrinjar għall-kanċer tas-sider kull darba li jistidnuk u wara li taqra l-materjal informattiv pprovdut u tqis bir-reqqa l-benefiċċji u d-danni potenzjali li jirriżultaw mill-iskrinjar. Il-programmi ta’ skrinjar fl-Unjoni Ewropea jvarjaw fir-rigward tal-gruppi ta’ età mistiedna u l-intervall bejn l-istediniet, skont l-ammont ta’ kanċers tas-sider u r-riżorsi lokali ta’ kull pajjiż. Ħafna mill-programmi jistiednu lin-nisa għall-iskrinjar għall-kanċer tas-sider meta dawn jagħlqu 40–50 sena, u wara, kull sentejn sakemm jagħlqu 70–75 sena. Jekk għandek xi mistoqsija, iddiskutiha mat-tabib tiegħek jew il-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek.
- X’inhu l-kanċer tas-sider?
- X’inhu skrinjar għall-kanċer tas-sider?
- Meta għandi nieħu sehem fl-iskrinjar għall-kanċer tas-sider?
- Ir-riżultat tal-aħħar test ta’ skrinjar tiegħi ġie normali; għaliex għandi nerġa’ mmur għall-iskrinjar?
- X’inhi l-probabbiltà li kanċer tas-sider ma jinstabx bl-iskrinjar?
- Nista’ niżviluppa kanċer tas-sider wara eżami ta’ skrinjar b’riżultat normali?
- X’jiġri jekk ikolli riżultat anormali tal-mammografija?
- Hemm xi ħsara jew riskju ieħor mill-iskrinjar għall-kanċer tas-sider bl-użu ta’ mammografija?