L-iskrinjar għall-kanċer tas-sider juża stampa bir-raġġi-X imsejħa mammogram sabiex jiġi ċċekkjat is-sider għal sinjali tal-kanċer. Jista’ jsib kanċers li tant ikunu żgħar li lanqas jinħassu. Iktar ma jinstab kmieni l-kanċer tas-sider, iktar jista’ jkun effettiv it-trattament. L-iskrinjar ma jżommx milli jikber il-kanċer tas-sider, iżda jista’ jsib kanċer tas-sider minn qabel, meta l-possibbiltà ta’ fejqan tkun ogħla. Bħalissa l-mammografija hija l-uniku metodu ta’ skrinjar li ntwera li jgħin fil-prevenzjoni ta’ mwiet minħabba kanċer tas-sider.
- X’inhu l-kanċer tas-sider?
- X’inhu skrinjar għall-kanċer tas-sider?
- Meta għandi nieħu sehem fl-iskrinjar għall-kanċer tas-sider?
- Ir-riżultat tal-aħħar test ta’ skrinjar tiegħi ġie normali; għaliex għandi nerġa’ mmur għall-iskrinjar?
- X’inhi l-probabbiltà li kanċer tas-sider ma jinstabx bl-iskrinjar?
- Nista’ niżviluppa kanċer tas-sider wara eżami ta’ skrinjar b’riżultat normali?
- X’jiġri jekk ikolli riżultat anormali tal-mammografija?
- Hemm xi ħsara jew riskju ieħor mill-iskrinjar għall-kanċer tas-sider bl-użu ta’ mammografija?