Huwa rakkomandat li tieħu sehem fl-iskrinjar għall-kanċer tal-musrana kull darba li jistidnuk u wara li taqra l-materjal informattiv pprovdut u tikkunsidra bir-reqqa l-benefiċċji u d-danni potenzjali tal-iskrinjar. Il-programmi ta’ skrinjar fl-Unjoni Ewropea jvarjaw fir-rigward tal-gruppi ta’ etajiet mistidnin u l-intervall bejn l-istedini, skont l-ammont ta’ kanċers tal-musrana ta’ kull pajjiż, ir-riżorsi lokali, u t-tip ta’ test użat għall-iskrinjar. Ħafna mill-programm jistiednu rġiel u nisa għall-iskrinjar għall-kanċer tal-musrana meta dawn jagħlqu 50–60 sena, u mbagħad, kull sentejn jekk it-test guaiac ta’ skrinjar ikun it-test tad-demm okkult fir-rawt (FOBT) jew it-test immunokimiku tar-rawt (FIT), jew kull 10 snin jew iktar jekk it-test ta’ skrinjar isir bil-kolonoskopija jew sigmojdoskopija flessibbli. Ħafna mill-programmi jibqgħu jibagħtu stedini għall-iskrinjar sakemm wieħed jagħlaq 70–75 sena. Jekk għandek xi mistoqsija, iddiskutiha mat-tabib tiegħek jew mal-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek.
- X’inhu l-kanċer tal-musrana?
- X’inhu l-iskrinjar għall-kanċer tal-musrana?
- Meta għandi nieħu sehem fl-iskrinjar għall-kanċer tal-musrana?
- Aħjar li tuża t-test guaiac tad-demm okkult fir-rawt (FOBT) jew it-test immunokimiku tar-rawt (FIT)?
- L-aħħar test ta’ skrinjar tiegħi kien normali; għaliex għandi nerġa’ nagħmel l-iskrinjar?
- X’inhi l-probabbiltà li kanċer tal-musrana ma jinstabx fl-iskrinjar?
- Nista’ niżviluppa kanċer tal-musrana wara eżami ta’ skrinjar b’riżultat normali?
- X’jiġri jekk ikollok riżultat anormali mill-iskrinjar?
- Hemm xi ħsara jew riskju ieħor minn skrinjar għall-kanċer tal-musrana?