L-aħħar test ta’ skrinjar tiegħi kien normali; għaliex għandi nerġa’ nagħmel l-iskrinjar?
Jaf kellek kanċer żgħir wisq biex jinqabad fl-aħħar test ta’ skrinjar li għamilt, jew jaf għandek kanċer ġdid li feġġ minn dak iż-żmien ’l hawn. Jekk tinnota sintomi li jistgħu jissuġġerixxu kanċer tal-musrana, bħal anemija, telf fil-piż, fsad mir-rektum (passaġġ ta’ wara), jew bidla fid-drawwiet tal-bżonnijiet tiegħek, għandek tikkonsulta lit-tabib tiegħek u ma toqgħodx tistenna l-istedina għall-iskrinjar li jmiss.