It-testijiet ta’ skrinjar ma jsibux kull kanċer tal-musrana. In-numru ta’ kanċers mhux misjubin mill-iskrinjar jiddependi mit-tip ta’ test li jsir. Sa 5 minn 10 kanċers jistgħu ma jiġux identifikati mit-test guaiac tad-demm okkult fir-rawt (FOBT). Bit-test immunokimiku tar-rawt (FIT) il-ġdid, naqas in-numru ta’ kanċers mhux misjubin. Bil-kolonoskopija, madwar 1 minn kull 10 kanċers tal-musrana jistgħu ma jiġux identifikati. Is-sigmojdoskopija flessibbli ġġib riżultati simili għall-kolonoskopija fil-parti inferjuri tal-musrana, iżda ma tilħaqx il-parti superjuri tal-musrana; għalhekk, madwar 4 minn kull 10 kanċers tal-musrana ma jinstabux bis-sigmojdoskopija flessibbli.
Il-kanċer huwa marda li tiżviluppa bil-mod, u ħafna minn dawn il-kanċers jistgħu jinqabdu fit-test jew l-eżami ta’ skrinjar li jmiss, u għalhekk huwa importanti li tipparteċipa fl-iskrinjar b’mod regolari. Skrinjar ripetut iżidlek il-possibbiltà li jinqabad kanċer tal-musrana.