Għaliex dawk li ma jpejpux u li jibilgħu d-duħħan ta’ dawk li jpejpu għandhom ikunu mħassbin fuq il-possibbiltà li jiżviluppaw kanċer tal-pulmun?
Id-duħħan mit-tipjip passiv fih karċinoġeni meħlusin fl-arja mill-kombustjoni tat-tabakk matul it-tipjip.
Dawk li ma jpejpux u li huma esposti għal duħħan tat-tipjip passiv jibilgħu u jimmetabolizzaw sustanzi kimiċi u karċinoġeni simili għal dawk ta’ dawk li jpejpu b’mod attiv. Eżempji ta’ dawn is-sustanzi kimiċi huma karċinoġeni bħal nitrosamini speċifiċi għat-tabakk u idrokarburi idromatiċi poliċikliċi (PAHs).
Minn studji bbażati fuq persuni li ma jpejpux instab li dawk li jibilgħu duħħan mit-tipjip passiv fuq ix-xogħol u/jew id-dar spiss ikollhom id-doppju tar-riskju li jiżviluppaw kanċer tal-pulmun meta mqabblin ma’ persuni li ma jpejpux li ma jibilgħux duħħan mit-tipjip passiv.