Iva, f’ħafna pajjiżi. Għad li f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea hemm fis-seħħ leġiżlazzjoni li tirregola meta huwa permess it-tipjip, kemm hija estensiva l-projbizzjoni tat-tipjip (jekk tkoprix il-postijiet tax-xogħol li jsir ġewwa, it-trasport pubbliku, il-postijiet pubbliċi fuq ġewwa, u postijiet pubbliċi oħrajn mhux bilfors fuq ġewwa) u l-livell ta’ infurzar ivarjaw ħafna bejn il-pajjiżi.
Skont stħarriġ kummissjonat mill-Unjoni Ewropea fl-2012 fost iktar minn 12,000 ruħ f’27 pajjiż (UE-27), iktar minn 25% ta’ dawk ikkuntattjati rrapportaw li kienu esposti tal-inqas kultant żmien għad-duħħan mit-tipjip passiv fuq ix-xogħol (19% ta’ dawk li jpejpu u 17% ta’ dawk li ma jpejpux). Il-proporzjon ġenerali ta’ dawk li wieġbu li kienu esposti bl-iktar intensità (iktar minn 5 sigħat kuljum) kien ta’ 3% (5% ta’ dawk li jpejpu u 1% ta’ dawk li ma jpejpux). B’mod ġenerali, fost dawk li żaru ristoranti fis-6 xhur ta’ qabel l-istħarriġ, 14% qalu li raw lil min ipejjep fil-post. Dan il-perċentwal kien ogħla għal dawk li żaru barijiet (28%). Fil-Figura 2 jingħataw il-perċentwali ta’ dawk li wieġbu fl-istħarriġ li rrapportaw li kienu esposti għal duħħan mit-tipjip passiv fi stabbilimenti tax-xorb u tal-ikel u fuq ix-xogħol fl-2009 u fl-2012, b’mod kumplessiv (UE-27) u skont il-pajjiż.
Figura 2: Il-perċentwali ta’ dawk li wieġbu fl-Unjoni Ewropea li rrapportaw li kienu esposti għal duħħan mit-tipjip passiv fi stabbilimenti tax-xorb u tal-ikel u fuq ix-xogħol fl-2009 u fl-2012, b’mod kumplessiv u skont il-pajjiż.
Figura 2a - Esponiment għal duħħan tat-tabakk mit-tipjip passiv fl-UE-27 fl-2009 u l-2012
Figura 2b - Esponiment għal duħħan tat-tabakk mit-tipjip passiv fl-UE-27 fl-2009 u l-2012
Figura 2c - Esponiment għal duħħan tat-tabakk mit-tipjip passiv fl-UE-27 fl-2009 u l-2012
Kodiċijiet tal-pajjiżi | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
Il-Belġju |
BE |
Il-Greċja |
EL |
Il-Litwanja |
LT |
Il-Portugall |
PT |
Il-Bulgarija |
BG |
Spanja |
ES |
Il-Lussemburgu |
LU |
Ir-Rumanija |
RO |
Ir-Repubblika Ċeka |
CZ |
Franza |
FR |
L-Ungerija |
HU |
Is-Slovenja |
SI |
Id-Danimarka |
DK |
L-Italja |
IT |
Malta |
MT |
Is-Slovakkja |
SK |
Il-Ġermanja |
DE |
Ċipru |
CY |
In-Netherlands |
NL |
Il-Finlandja |
FI |
L-Estonja |
EE |
Il-Latvja |
LV |
L-Awstrija |
AT |
L-Isvezja |
SE |
L-Irlanda |
IE |
Il-Polonja |
PL |
Ir-Renju Unit |
UK |
Sors: Riprodotti mid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Report on the implementation of the Council Recommendation of 30 November 2009 on Smoke-free Environments (2009/C 296/02).