It-tabib tiegħek jew fornitur ieħor tal-kura tas-saħħa sejjer jagħtik pariri fuq x’kura hemm għad-dispożizzjoni. Il-kura tista’ telimina l-vajrus u tillimita jew issewwi l-ħsara li saritlek fil-fwied. Il-kuri attwali jistgħu jkunu jiswew ħafna flus u jaf ikollhom effetti sekondarji xejn pjaċevoli. Jaħdmu aħjar fuq ċerti nies milli fuq oħrajn u wħud jaf ma jibbenefikawx mill-kura. Qegħdin jiġu żviluppati kuri ġodda u jistgħu jkunu disponibbli fil-ġejjieni. Biex tnaqqas ir-riskju ta’ kanċer tal-fwied, tpejjipx u tixrobx alkoħol. Il-koinfezzjoni bil-vajrus tal-epatite B iżżidlek il-probabbiltà li tiżviluppa kanċer tal-fwied; ikkonsulta mat-tabib tiegħek dwar it-tilqima kontra l-epatite B u kwalunkwe miżura oħra li tista’ tkun rakkomandata fil-każ tiegħek.