Bħalissa ma hemm ebda tilqima li tipprevjeni l-epatite Ċ. L-aħjar mod kif tevita infezzjoni bil-vajrus tal-epatite Ċ (HCV) hija li tevita kull tilqima li mhijiex sikura jew misluta fuq ġismek, tpinġijiet jew akupuntura li mhumiex sikuri/iġjeniċi. Il-każijiet ġodda naqsu ħafna fl-Ewropa mindu daħlu l-ittestjar għall-HCV fuq dawk li jagħtu d-demm, il-proċeduri ta’ inattivazzjoni tal-vajrus għall-prodotti tad-demm, u l-użu ta’ labar u siringi mhux riutilizzabbli għat-tilqimiet. Minkejja r-riskju mnaqqas, u għaliex jaf ma jkunx il-każ fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, għadu rakkomandat li tevita tilqimiet kemm jista’ jkun u li, minflok, tuża trattamenti orali meta jkunu disponibbli, u speċjalment meta tivvjaġġa. Huwa rakkomandat ukoll li tevita msielet fuq il-ġisem, tpinġijiet jew akupuntura, jekk ikollok xi dubju dwar is-sikurezza/l-iġjene ta’ din il-proċedura.
- X’inhi l-epatite Ċ?
- Kemm hija komuni l-infezzjoni bil-vajrus tal-epatite Ċ (HCV) fl-Ewropa?
- L-epatite Ċ hija marbuta mal-kanċer tal-fwied?
- Kif jinfirex il-vajrus tal-epatite Ċ (HCV)?
- Ninsab f’riskju li jkolli l-epatite Ċ?
- L-epatite Ċ tista’ tiġi prevenuta?
- Għandi nagħmel test għal infezzjoni bil-vajrus tal-Epatite Ċ (HCV)?
- Ittestjajt pożittiv(a) għall-epatite Ċ, x’għandi nagħmel?
- X’inhuma l-effetti sekondarji tal-kura għall-epatite Ċ?
- Fejn nista’ nsib iktar tagħrif dwar l-epatite Ċ?