L-epatite Ċ hija marda kkaġunata minn infezzjoni bil-vajrus tal-epatite Ċ (HCV). L-infezzjoni bil-vajrus tista’ tikkaġuna ħsara fil-fwied, kanċer tal-fwied, u l-mewt. L-infezzjoni tista’ tkun f’daqqa u ma ddumx (akuta), iżda fil-parti l-kbira tal-każijiet (madwar 75 minn kull 100 ruħ infettati), l-epatite Ċ hija infjammazzjoni fit-tul (kronika) tal-fwied b’ebda sintomu li jinħass sakemm issir ħsara sinifikanti fil-fwied.
- X’inhi l-epatite Ċ?
- Kemm hija komuni l-infezzjoni bil-vajrus tal-epatite Ċ (HCV) fl-Ewropa?
- L-epatite Ċ hija marbuta mal-kanċer tal-fwied?
- Kif jinfirex il-vajrus tal-epatite Ċ (HCV)?
- Ninsab f’riskju li jkolli l-epatite Ċ?
- L-epatite Ċ tista’ tiġi prevenuta?
- Għandi nagħmel test għal infezzjoni bil-vajrus tal-Epatite Ċ (HCV)?
- Ittestjajt pożittiv(a) għall-epatite Ċ, x’għandi nagħmel?
- X’inhuma l-effetti sekondarji tal-kura għall-epatite Ċ?
- Fejn nista’ nsib iktar tagħrif dwar l-epatite Ċ?