Ħafna nies infettati bil-vajrus tal-epatite Ċ (madwar 75 minn kull 100 ruħ infettati) jiżviluppaw infjammazzjoni kronika tal-fwied. Din il-kundizzjoni twassal għal kanċer tal-fwied f’madwar każ wieħed minn kull ħamsa (madwar 15 minn kull 100 ruħ infettati). Għall-kuntrarju tal-vajrus tal-epatite B, ir-riskju ta’ infezzjoni kronika bil-vajrus tal-epatite Ċ ma jonqosx meta l-infezzjoni tibda f’età adulta. Meta jkollok epatite Ċ kronika, ix-xorb alkoħoliku, it-tipjip jew il-koinfezzjoni bil-vajrus tal-epatite B iżidulek il-probabbiltajiet li tiżviluppa kanċer tal-fwied.
- X’inhi l-epatite Ċ?
- Kemm hija komuni l-infezzjoni bil-vajrus tal-epatite Ċ (HCV) fl-Ewropa?
- L-epatite Ċ hija marbuta mal-kanċer tal-fwied?
- Kif jinfirex il-vajrus tal-epatite Ċ (HCV)?
- Ninsab f’riskju li jkolli l-epatite Ċ?
- L-epatite Ċ tista’ tiġi prevenuta?
- Għandi nagħmel test għal infezzjoni bil-vajrus tal-Epatite Ċ (HCV)?
- Ittestjajt pożittiv(a) għall-epatite Ċ, x’għandi nagħmel?
- X’inhuma l-effetti sekondarji tal-kura għall-epatite Ċ?
- Fejn nista’ nsib iktar tagħrif dwar l-epatite Ċ?