Iva, jekk għandek 50 sena jew iktar, speċjalment jekk tgħix fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Ewropa, fejn ġew irrapportati l-ogħla rati ta’ infezzjoni bil-vajrus tal-epatite Ċ (HCV), għandek tkellem lit-tabib tiegħek jew lil fornitur ieħor tal-kura tas-saħħa sabiex iġġib test tal-HCV. Ħafna nies ġew infettati bejn is-snin tletin u s-snin tmenin minħabba użu mhux sikur tat-tilqimiet f’bosta pajjiżi. It-test tad-demm huwa preċiż, u hemm disponibbli kura li tista’ telimita l-infezzjoni virali filwaqt li tfejjaq il-fwied u tipprevjeni l-kanċer. Għandek tkun ittestjat(a) ikollok kemm ikollok żmien jekk għandek dubji fuq xi tilqima jew proċedura li għamilt fl-imgħoddi, jew jekk tieħu drogi ġol-vina jew kont tagħmel dan fl-imgħoddi.
- X’inhi l-epatite Ċ?
- Kemm hija komuni l-infezzjoni bil-vajrus tal-epatite Ċ (HCV) fl-Ewropa?
- L-epatite Ċ hija marbuta mal-kanċer tal-fwied?
- Kif jinfirex il-vajrus tal-epatite Ċ (HCV)?
- Ninsab f’riskju li jkolli l-epatite Ċ?
- L-epatite Ċ tista’ tiġi prevenuta?
- Għandi nagħmel test għal infezzjoni bil-vajrus tal-Epatite Ċ (HCV)?
- Ittestjajt pożittiv(a) għall-epatite Ċ, x’għandi nagħmel?
- X’inhuma l-effetti sekondarji tal-kura għall-epatite Ċ?
- Fejn nista’ nsib iktar tagħrif dwar l-epatite Ċ?