Jekk inti f’riskju għoli li jkollok l-epatite B, għandek tikkonsulta lit-tabib tiegħek jew lil fornitur ieħor tal-kura tas-saħħa li jista’ jagħmillek test tal-HBV biex issir taf għandekx infezzjoni kronika bil-vajrus tal-epatite B. Jekk int infettat(a), it-tabib tiegħek jista’ jagħtik pariri fuq trattamenti li jistgħu jnaqqsulek ir-riskju tal-kanċer tal-fwied.