L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tirrakkomanda li t-trabi jingħataw l-ewwel doża tat-tilqim fi ħdan l-ewwel 24 siegħa tat-twelid, jekk possibbli. Il-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) għandhom programm sabiex ilaqqmu lit-trabi kollha kontra l-epatite B.

Fi ftit pajjiżi tal-UE (ir-Renju Unit u xi pajjiżi Nordiċi), it-tilqim kontra l-epatite B jingħata biss lil trabi b’riskju għoli (jiġifieri trabi li huma pożittivi għall-epatite B). Jekk tgħix f’wieħed minn dawn il-pajjiżi, tista’ tikkunsidra li tlaqqam lit-tfal tiegħek bi spejjeż tiegħek wara li tikkonsulta mat-tabib tiegħek jew xi fornitur ieħor tal-kura tas-saħħa.