Tkun f’riskju tal-epatite B jekk qatt ma tkun ħadtha qabel jew jekk ma ħadtx it-tilqima. L-ammont ta’ riskju tiegħek jiddependi min-numru ta’ persuni li kellek x’taqsam magħhom sesswalment s’issa u r-riskju ta’ kull waħda minnhom. Ir-riskju tiegħek jiżdied jekk użajt labar kontaminati jew jekk kont f’xi sitwazzjonijiet oħrajn fejn setgħu ntużaw labar jew demm kontaminat, bħal meta tingħta kura tas-saħħa f’xi pajjiżi oħrajn. L-infezzjoni tal-epatite B hija iktar komuni f’ċerti pajjiżi fl-Ewropa wkoll (pereżempju l-Greċja, ir-Rumanija, l-Italja u Spanja) u jekk tkun qed tgħix jew għext xi darba f’wieħed minn dawn il-pajjiżi, ikollok riskju ikbar ta’ epatite B.