L-epatite B hija marda kkaġunata minn infezzjoni bil-vajrus tal-epatite B (HBV). L-infezzjoni b’dan il-vajrus tista’ tikkaġuna barxiet fuq il-fwied, insuffiċjenza tal-fwied, kanċer tal-fwied, u l-mewt. Is-sintomi jinkludu: tħossok marid; nuqqas ta’ aptit; sintomi bħal riħ, bħal għeja, uġigħ ma’ kullimkien u uġigħ ta’ ras; jew tisfar il-ġilda jew jisfaru l-għajnejn (suffejra). Fl-adulti, l-epatite B normalment isseħħ f’daqqa u ma ddumx (akuta), iżda kultant l-infezzjoni tista’ tkun fit-tul (kronika) u ma tipproduċi ebda sintomu li jinħass. Fit-trabi u t-tfal ta’ inqas minn 5–10 snin infettati, l-epatite kronika hija iktar komuni, filwaqt li din mhiex frekwenti wara infezzjoni fl-adulti.
- X’inhi l-epatite B?
- Kemm hija komuni l-infezzjoni bil-vajrus tal-epatite B (HBV) fl-Ewropa?
- L-epatite B kif inhi marbuta mal-kanċer tal-fwied?
- Kif jinfirex il-vajrus tal-epatite B?
- Hemm mod kif innaqqas ir-riskju li niżviluppa l-kanċer tal-fwied minn infezzjoni bil-vajrus tal-epatite B?
- It-trabi, kemm wara t-twelid għandhom jitlaqqmu kontra l-epatite B?
- Jekk it-tarbija tiegħi hija mlaqqma kontra l-epatite B, tista’ tiżviluppa l-kanċer tal-fwied?
- It-tilqima kontra l-epatite B hija sikura?
- Ibni/binti ma tlaqqmux kontra l-epatite B mat-twelid. Għandhom jieħdu t-tilqima issa?
- Jien adult u qatt ma ħadt it-tilqima kontra l-epatite B. Missni neħodha issa?
- Ninsab f’riskju li jkolli l-epatite B?
- Għandi nagħmel test biex nara għandix infezzjoni bil-vajrus tal-epatite B (HBV)?
- Ittestjajt pożittiv(a) għall-epatite B. X’għandi nagħmel?
- Jekk nirċievi kura għall-epatite B, dan sejjer inaqqas ir-riskju tiegħi li niżviluppa l-kanċer?
- X’inhuma l-effetti sekondarji tal-kura għall-epatite B?
- Fejn nista’ nsib iktar tagħrif dwar l-epatite B u t-tilqima?