Il-vajrus tal-epatite B jinfirex minn persuna għal oħra permezz ta’ fluwidi tal-ġisem jew demm kontaminati. Qatt ma jinfirex bl-arja, mill-ikel, jew mill-ilma. Tarbija tista’ tkun infettata fit-twelid jekk ommha tkun infettata. L-infezzjoni tista’ tinfirex ukoll bejn it-tfal jekk ikunu f’kuntatt mill-qrib ma’ xulxin u minn adult għal ieħor permezz ta’ attività sesswali jew bl-użu ta’ labar kontaminati. Modi possibbli oħrajn jinkludu trattament mediku f’pajjiżi fejn jistgħu jintużaw labar jew demm kontaminati. Il-prevenzjoni tat-tifrix tal-vajrus mill-omm għall-wild u bejn it-tfal hija ta’ importanza partikolari għaliex l-infezzjoni kronika tal-epatite B (bir-riskju ikbar ta’ kanċer tal-fwied) hija ferm iktar komuni wara infezzjoni fl-ewwel 5–10 snin.
- X’inhi l-epatite B?
- Kemm hija komuni l-infezzjoni bil-vajrus tal-epatite B (HBV) fl-Ewropa?
- L-epatite B kif inhi marbuta mal-kanċer tal-fwied?
- Kif jinfirex il-vajrus tal-epatite B?
- Hemm mod kif innaqqas ir-riskju li niżviluppa l-kanċer tal-fwied minn infezzjoni bil-vajrus tal-epatite B?
- It-trabi, kemm wara t-twelid għandhom jitlaqqmu kontra l-epatite B?
- Jekk it-tarbija tiegħi hija mlaqqma kontra l-epatite B, tista’ tiżviluppa l-kanċer tal-fwied?
- It-tilqima kontra l-epatite B hija sikura?
- Ibni/binti ma tlaqqmux kontra l-epatite B mat-twelid. Għandhom jieħdu t-tilqima issa?
- Jien adult u qatt ma ħadt it-tilqima kontra l-epatite B. Missni neħodha issa?
- Ninsab f’riskju li jkolli l-epatite B?
- Għandi nagħmel test biex nara għandix infezzjoni bil-vajrus tal-epatite B (HBV)?
- Ittestjajt pożittiv(a) għall-epatite B. X’għandi nagħmel?
- Jekk nirċievi kura għall-epatite B, dan sejjer inaqqas ir-riskju tiegħi li niżviluppa l-kanċer?
- X’inhuma l-effetti sekondarji tal-kura għall-epatite B?
- Fejn nista’ nsib iktar tagħrif dwar l-epatite B u t-tilqima?