It-trattament jikkalma l-firxa tal-HIV f’ġismek u jippermetti lis-sistema immuni tiegħek taħdem aħjar. Dan jagħmlek iktar reżistenti għal infezzjonijiet u b’hekk jippermettilek tgħix ħajja itwal u iktar b’saħħtek. Ser tħoss li għandek iktar enerġija, inqas dipressjoni u tinsa inqas, u s-sistema diġestiva tiegħek sejra taħdem aħjar. Sejjer ikun inqas probabbli li tinfetta lil nies oħrajn. It-tabib tiegħek jiktiblek riċetta b’taħlita ta’ mediċini antiretrovirali li huma xierqa u sikuri għalik. Huwa jsegwik bir-reqqa biex jara li l-vajrus huwa mrażżan u li ma hemm ebda effett dannuż. Madankollu, it-trattament jista’ jkollu effetti sekondarji xejn pjaċevoli. L-iktar komuni huma dardir, għeja, dijarea, raxxijiet fuq il-ġilda, burdati, u tnaqqis jew żieda fil-piż.