Jekk it-test jirriżultalek pożittiv għall-HIV, sejrin isirulek xi testijiet addizzjonali sabiex jiġi verifikat xi progress għamlet l-infezzjoni ħalli jiġi stabbilit jekk għandux jinbeda t-trattament għall-HIV. Id-dijanjożi li jkollok l-HIV hija esperjenza li tibdillek ħajtek u aktarx li tħalli effett fuq il-ħajja emozzjonali tiegħek u l-mod kif tgħix. Hemm organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ lil nies li għandhom l-HIV. F’ħafna każijiet, dawn l-organizzazzjonijiet sejrin ikunu jistgħu jgħinuk issir taf kif tista’ tikseb l-aħjar trattament u indukrar fl-inħawi tiegħek. Huwa ferm rakkomandat li taqta’ t-tipjip.
- X’inhu l-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?
- Il-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) x’għandu x’jaqsam mal-kanċer?
- Ninsab f’riskju li jkolli l-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?
- X’nista’ nagħmel biex innaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni bil-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?
- Għandi nagħmel test tal-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?
- Jekk nagħmel it-test u nsib li għandi l-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV), x’għandi nagħmel?
- Jekk jien pożittiv(a) għall-HIV u nibda t-trattament, it-trattament sejjer jipprevjeni kanċers assoċjati mal-HIV?
- Jekk jien pożittiv(a) għall-HIV u nibda t-trattament, x’inhuma l-benefiċċji addizzjonali ta’ dan it-trattament, u t-trattament huwa sikur, u x’inhuma l-effetti sekondarji possibbli?
- Fejn nista’ nsir naf iktar dwar il-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?