Inti f’riskju ikbar li jkollok l-infezzjoni bl-HIV jekk inti raġel li tagħmel is-sess ma’ rġiel, taħdem fl-industrija tas-sess, tinjetta drogi, ġej minn pajjiż b’rati għoljin ta’ HIV (eż. l-Afrika sub-Saħarjana) jew jekk tagħmel sess bla protezzjoni mingħajr ma tkun ċert li l-persuna li jkollok x’taqsam magħha hija negattiva għall-HIV. L-HIV jista’ jiġi trażmess billi tagħmel sess bla protezzjoni, bi trasfużjonijiet tad-demm kontaminat, u billi taqsam ma’ ħaddieħor labar kontaminat jew strumenti oħrajn bil-ponta. Jista’ jiġi trażmess ukoll mill-omm għall-wild matul it-tqala, il-ħlas jew it-treddigħ.
- X’inhu l-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?
- Il-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) x’għandu x’jaqsam mal-kanċer?
- Ninsab f’riskju li jkolli l-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?
- X’nista’ nagħmel biex innaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni bil-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?
- Għandi nagħmel test tal-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?
- Jekk nagħmel it-test u nsib li għandi l-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV), x’għandi nagħmel?
- Jekk jien pożittiv(a) għall-HIV u nibda t-trattament, it-trattament sejjer jipprevjeni kanċers assoċjati mal-HIV?
- Jekk jien pożittiv(a) għall-HIV u nibda t-trattament, x’inhuma l-benefiċċji addizzjonali ta’ dan it-trattament, u t-trattament huwa sikur, u x’inhuma l-effetti sekondarji possibbli?
- Fejn nista’ nsir naf iktar dwar il-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?