Jekk jien pożittiv(a) għall-HIV u nibda t-trattament, it-trattament sejjer jipprevjeni kanċers assoċjati mal-HIV?
Iva. It-trattamenti antiretrovirali (ARV) jipprevjenu madwar żewġ terzi mill-kanċers f’nies infettati bl-HIV, b’mod partikolari sarcoma Kaposi u tip wieħed ta’ kanċer tal-linfonodu (linfoma mhux ta’ Hodgkin). Għal ċerti kanċers, l-effett benefiċjali tat-trattamenti ARV huwa inqas ovvju, bħal dak għal kanċers taċ-ċerviċi, l-anus, u l-pulmun jew tip ieħor ta’ kanċer tal-linfonodi (linfoma ta’ Hodgkin). Mhuwiex sorprendenti li, minħabba rati ta’ sopravvivenza aħjar, illum in-nies bl-HIV jgħixu sa etajiet ikbar, meta l-kanċers ġeneralment huma iktar spissi anki f’nies li mhumiex infettati bl-HIV. Għalhekk l-iskrinjar għall-kanċers huwa importanti ħafna f’nies bl-HIV ukoll.