Iva, jekk għandek riskju ikbar li jkollok l-HIV. F’dan il-każ, għandek tikkonsulta lill-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek sabiex tingħata pariri, isirulek testijiet u, jekk it-test jirriżulta pożittiv, tibda t-trattament mill-iktar fis. Jekk toqgħod tittardja t-trattament u tkun pożittiv(a) għall-HIV, il-vajrus jinfirex f’ġismek u jagħmillek il-ħsara għal saħħtek, minbarra li jżidlek ir-riskju li tinfetta lil min ikollok x’taqsam miegħu sesswalment. Jekk it-test ikun negattiv, il-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek sejjer jagħtik pariri fuq jekk hemmx bżonn li terġa’ tagħmel it-test fuq il-bażi tar-riskju tiegħek li jkollok l-HIV. Illum, it-testijiet użati jkunu jistgħu jgħidulek jekk persuna għandhiex l-HIV fi żmien xahar mill-infezzjoni. L-iktar testijiet komuni jeħtieġu biss ammont żgħir ta’ demm jew saliva.
- X’inhu l-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?
- Il-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) x’għandu x’jaqsam mal-kanċer?
- Ninsab f’riskju li jkolli l-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?
- X’nista’ nagħmel biex innaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni bil-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?
- Għandi nagħmel test tal-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?
- Jekk nagħmel it-test u nsib li għandi l-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV), x’għandi nagħmel?
- Jekk jien pożittiv(a) għall-HIV u nibda t-trattament, it-trattament sejjer jipprevjeni kanċers assoċjati mal-HIV?
- Jekk jien pożittiv(a) għall-HIV u nibda t-trattament, x’inhuma l-benefiċċji addizzjonali ta’ dan it-trattament, u t-trattament huwa sikur, u x’inhuma l-effetti sekondarji possibbli?
- Fejn nista’ nsir naf iktar dwar il-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)?