Iva, xorta hemm riskju li tiżviluppa kanċer ċervikali wara riżultat ta’ skrinjar li jiġi normali, għad li r-riskju jonqos ħafna. Il-metodu ta’ skrinjar jista’ ma jaqbadx kanċer jew bidliet oħrajn li jistgħu jiżviluppaw f’kanċer. Jekk tagħmel skrinjar regolari, ir-riskju tiegħek li tiżviluppa kanċer ċervikali huwa baxx ħafna. Jekk tinnota xi sintomu li jħassbek, bħal fsad mhux tas-soltu mill-vaġina, bejn “periods” menstruali regolari jew wara l-menopawża, għandek tikkonsulta lit-tabib tiegħek u ma toqgħodx tistenna għall-istedina ta’ skrinjar li jmissek.
- X’inhu l-kanċer ċervikali?
- X’inhu skrinjar għall-kanċer ċervikali?
- Meta għandi nieħu sehem fl-iskrinjar għall-kanċer ċervikali?
- Ir-riżultat tiegħek mill-aħħar test ta’ skrinjar li għamilt ġie normali; għaliex għandi nerġa’ mmur għall-iskrinjar?
- X’inhi l-probabbiltà li kanċer ċervikali ma jinstabx bl-iskrinjar?
- Nista’ niżviluppa kanċer ċervikali wara eżami ta’ skrinjar li jiġi negattiv?
- X’jiġri jekk ir-riżultat ta’ skrinjar jiġi anormali?
- Diġà ħadt it-tilqima kontra l-papillomavajrus uman (HPV); xorta għandi nieħu sehem fl-iskrinjar għall-kanċer ċervikali?
- Hemm xi dannu jew riskju ieħor mill-iskrinjar għall-kanċer ċervikali?