Inti fil-libertà kollha li tiddeċiedi jekk tixtieqx taċċetta stedina biex tieħu sehem fl-iskrinjar. Meta tieħu d-deċiżjoni, importanti li taqra l-materjal informattiv pprovdut mal-istedina, u tqis bir-reqqa l-benefiċċji u d-danni potenzjali tal-iskrinjar. Jekk għandek xi mistoqsija, iddiskutiha mat-tabib tiegħek jew il-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek.
Għandek tiftakar ukoll li l-iskrinjar regolari jżidlek il-probabbiltà li taqbad kanċer kmieni u, possibilment, isalvalek ħajtek. Għalhekk huwa rakkomandat li tieħu sehem fi programmi organizzati ta’ skinjar li tkun eliġibbli għalihom kull darba li jistidnuk.