Intwera li l-iskrinjar għall-kanċer tal-prostata jnaqqas ir-riskju ta’ mwiet minħabba l-marda, iżda hemm ħsarat sostanzjali u qabel ma jkun hemm evidenza ċara li turi li programm ta’ skrinjar organizzat iġib b’mod sostanzjali iktar benefiċċji milli ħsara, l-iskrinjar jew l-ittestjar għall-kanċer tal-prostata ma jistax ikun rakkomandat fil-Kodiċi Ewopew kontra l-Kanċer.
Ma jeżistux programmi organizzati ta’ skrinjar għall-kanċer tal-prostata, iżda ħafna rġiel jiġu offruti li jsirilhom it-test għall-kanċer tal-prostata lil hinn minn kwalunkwe programm. Peress li l-maġġoranza tat-tumuri tal-prostata mhumiex dannużi tul il-ħajja medja, is-sejbien tagħhom jista’ jikkaġuna ansjetà u trattament żejda. Barra minn hekk, it-trattamenti attwali jġorru magħhom ir-riskju ta’ effetti sekondarji xejn pjaċevoli u stressanti, bħal funzjoni sesswali, tal-awrina u tal-musrana indebolita.