Jekk il-pajjiż li tgħix fih għandu programm għall-iskrinjar organizzat għal kanċer, sejrin jistidnuk tieħu sehem fl-iskrinjar għal dak il-kanċer wara li tagħlaq l-età rakkomandata. Għalhekk għandek tistenna sakemm jistidnuk, iżda ftakar li s-sinjali jew is-sintomi tal-kanċer jistgħu jidhru fi kwalunkwe ħin, anki jekk dan l-aħħar għamilt test ta’ skrinjar jew jekk ma għandekx l-età rakkomandata għall-iskrinjar. Jekk tinnota xi ħaġa mhux tas-soltu dwar saħħtek li taħseb tista’ tkun dovuta għal kanċer, kellem lit-tabib tiegħek bla ma taħli ż-żmien u tistenniex stedina biex tieħu sehem fl-iskrinjar.
Jekk ma hemm ebda programm organizzat ta’ skrinjar għat-tliet tipi rakkomandati ta’ skrinjar għall-kanċer f’pajjiżek, tista’ tikkuntattja lill-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali, reġjonali jew lokali tiegħek biex issir taf għaliex dan huwa l-każ.