Bħalissa, ftit biss huma l-mediċini użati bħala terapija għall-prevenzjoni tal-kanċer (kemoprevenzjoni), jiġifieri t-tamoxifen u r-raloxifene (antiestroġeni) jintużaw fil-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider f’nisa pre u postmenopawżali b’riskju għoli li jiżviluppaw kanċer tas-sider, u s-sulindac u s-celecoxib (mediċini mhux aspirina mhux sterojdi u antiinfjammatorji; NSAIDs) jintużaw fil-prevenzjoni tal-kanċer kolorettali f’pazjenti b’sindromi tal-kanċer kolorettali ereditarju.
Hemm bosta mediċini li qed jiġu evalwati bħala mediċini kemopreventivi potenzjali, inkluża l-aspirina, inibituri tal-aromatażi, statini, u metformina. Hemm evidenza konsistenti li l-aspirina u l-NSAIDs jipproteġu kontra l-kanċer kolorettali u li l-inibituri tal-aromatażi jipproteġu kontra l-kanċer tas-sider. Madankollu, huwa ferm skonsiljabbli li wieħed jaqbad u jieħu l-mediċina, u kwalunkwe kemoprevenzjoni bil-mediċini għandha tinbeda biss wara li l-ewwel jiġi kkonsultat tabib li jista’ jevalwa jekk it-trattament huwiex xieraq u jissorvelja t-trattament.