It-treddigħ għandu bosta benefiċċji għat-trabija tiegħek. Il-ħalib tas-sider fih in-nutrijenti, il-vitamini u l-minerali kollha li t-tarbija tiegħek teħtieġ matul l-ewwel 6 xhur ta’ ħajjitha. Il-ħalib tas-sider jgħin sabiex jipproteġi kontra mard komuni fit-tfulija bħal infezzjonijiet fl-apparat respiratorju inferjuri, infezzjonijiet fil-widna, dijarea u ażma, fost l-oħrajn, u b’hekk jonqos ir-riskju ta’ kura fl-isptar u/jew kura għal mard allerġiku u infettiv. Il-ħalib tas-sider inaqqas ukoll ir-riskju ta’ kundizzjonijiet kroniċi iktar tard fil-ħajja, bħal pressjoni għolja tad-demm, kolesterol għoli, obeżità, u dijabete tat-2 tip, u jikkontribwixxi għall-iżvilupp konjittiv tat-tfal. Meta mqabbel mat-tmigħ “bil-bottle”, it-treddigħ iwassal għal gwadann fil-piż fit-tfulija sabiex dan ikun eqreb lejn l-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), u jkun hemm inqas riskju li jinkiseb piż eċċessiv iktar tard fl-iżvilupp – u dawn it-tnejn huma relatati ma’ riskju inqas ta’ piż eċċessiv fil-ħajja adulta.
- Għal kemm għandhom jibqgħu jitreddgħu t-trabi?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer billi nredda’ lit-tarbija tiegħi?
- Għaliex jonqos ir-riskju tal-kanċer bit-treddigħ?
- Apparti l-protezzjoni kontra l-kanċer tas-sider, it-treddigħ għandu benefiċċji oħrajn għall-omm?
- It-treddigħ huwa ta’ benefiċċju għat-tarbija tiegħi?