In-nisa li jreddgħu lit-trabi tagħhom għal perjodi twal għandhom riskju inqas li jiżviluppaw kanċer tas-sider iktar tard f’ħajjithom minn nisa paragunabbli li ma jreddgħux.
Iktar ma mara tredda’, iktar tkun protetta kontra l-kanċer tas-sider. It-tnaqqis fir-riskju huwa ta’ madwar 4% għal jull 12-il xahar kumulattiv ta’ treddigħ (jiġifieri miksub billi jingħaddu l-perjodu li mara tredda’ lil kull tarbija), minbarra tnaqqis fir-riskju tal-kanċer tas-sider dovut direttament għall-fatt li jkollha tarbija. Barra minn hekk, ta’ min jisħaq li l-ħalib tas-sider huwa l-aħjar ikel għat-trabi u jipprovdilhom ħafna benefiċċji għas-saħħa.