Iva. Hemm evidenza sostanzjali li treddigħ fit-tul jgħin sabiex tonqos iż-żieda fil-piż fit-tul kif ukoll sabiex jiġi promoss ritorn iktar rapidu għall-piż ta’ qabel it-tqala. Nisa fil-menopawża li – meta kienu iżgħar – kienu reddgħu lit-trabi tagħhom għandhom inqas probabbiltà li jkollhom piż eċċessiv jew li jkunu obeżi minn nisa paragunabbli li ma reddgħux lit-trabi tagħhom. Is-segwitu ta’ rakkomandazzjonijiet dwar l-istil tal-ħajja tajbin għas-saħħa huwa importanti sabiex jinżamm piż tajjeb għas-saħħa.
- Għal kemm għandhom jibqgħu jitreddgħu t-trabi?
- Kemm nista’ nnaqqas ir-riskju tal-kanċer billi nredda’ lit-tarbija tiegħi?
- Għaliex jonqos ir-riskju tal-kanċer bit-treddigħ?
- Apparti l-protezzjoni kontra l-kanċer tas-sider, it-treddigħ għandu benefiċċji oħrajn għall-omm?
- It-treddigħ huwa ta’ benefiċċju għat-tarbija tiegħi?