Hemm fejqan għall-infezzjoni b’ Helicobacter pylori?
Iva. Hemm trattament għad-dispożizzjoni li jfejjaq l-infezzjoni. It-trattament fih taħlita ta’ mediċini differenti (inklużi antibijotiċi) u jittieħed għal bosta jiem. L-effetti sekondarji tat-trattament ġeneralment mhumiex qawwija, u għal dawk li jkollhom effetti sekondarji, jista' jkun possibbli li jaġġustaw id-doża jew il-ħin ta' meta jieħdu l-mediċina biex itaffu l-effetti skomdi.