L-ittestjar huwa rakkomandat minn ċerti fornituri tal-kura tas-saħħa f’żoni fejn ir-riskju ta’ kanċer tal-istonku huwa ogħla minn ħafna pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea (eż. l-Ewropa tal-Lvant, Spanja, il-Portugall u l-Italja). Madankollu, ma ġie stabbilit ebda programm tas-saħħa pubblika għall-prevenzjoni tal-kanċer tal-istonku fl-Ewropa, u parti mir-raġuni hija li l-impatt tat-trattament ta’ numri kbar ta’ persuni, li ħafna minnhom ma jkollhomx sintomi, mhuwiex mifhum għal kollox. Qed issir iktar riċerka biex tinstab tweġiba għal din il-mistoqsija.