Helicobacter pylori (H. pylori) huwa batterju li jgħix fl-istonku ta’ ħafna nies u kultant jista’ jikkaġuna infjammazzjoni tal-istonku (gastrite), ulċeri, u f’ċerti każijiet (f’madwar persuna minn kull 100 bl-infezzjoni) kanċer tal-istonku. Il-maġġoranza assoluta tal-kanċers tal-istonku huma kkaġunati minn H. pylori. Il-frekwenza tal-infezzjoni bl-H. pylori u l-għadd ta’ każijiet ġodda ta’ kanċer tal-istonku naqsu f’ħafna żoni tal-Ewropa, iżda għad hemm żoni ta’ riskju għoli, speċjalment fl-Ewropa tal-Lvant u partijiet minn Spanja, il-Portugall u l-Italja.
- X’inhu Helicobacter pylori u x’għandu x’jaqsam mal-kanċer tal-istonku?
- Kif tinfirex l-infezzjoni b’Helicobacter pylori?
- X’inhuma s-sintomi tal-infezzjoni b’ Helicobacter pylori?
- L-infezzjoni b’ Helicobacter pylori tista’ tiġi evitata?
- Għandi nagħmel it-test għall-infezzjoni b’ Helicobacter pylori jekk ma għandi ebda sintomu gastriku?
- Hemm fejqan għall-infezzjoni b’ Helicobacter pylori?
- Fejn nista’ nsib iktar tagħrif dwar Helicobacter pylori?