F’ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, it-tilqima tista’ tkun offruta lil nisa adulti żgħażagħ, iżda t-tilqima hija inqas effettiva ladarba tibda l-attività sesswali u hija ineffettiva kontra infezzjonijiet li jista’ jkollok diġà. It-tilqima sejra tkun effettiva biss jekk ma tkunx għadek ġejt esposta għat-tipi ta’ HPV li kontrihom tipproteġi t-tilqima. Peress li huwa impossibbli li tkun taf għal liema tipi ta’ HPV ġejt esposta, mhuwiex possibbli li tkun taf jekk tistax tibbenefika mit-tilqima.