Intwera li t-tilqima kontra l-HPV tipprevjeni infezzjonijiet bl-HPV u leżjonijiet tal-HPV fil-ġenitali tas-subien. Għalissa, it-tilqima għas-subien mhijiex offruta f’ebda1 programm tas-saħħa pubblika fl-Ewropa għal raġunijiet ekonomiċi u għaliex il-kanċers fil-pene u anali kkaġunati minn infezzjoni bl-HPV fl-irġiel huma rari. Bħalissa, il-ġenituri jistgħu jagħżlu li s-subien adoloxxenti tagħhom jieħdu t-tilqima bi spejjeż tagħhom wara li jikkonsultaw lit-tabib jew il-fornitur tal-kura tas-saħħa tagħhom.
1 ħlief fl-Awstrija (aġġornata f’Ġunju 2015)